WasteServ Malta Ltd

WasteServ Malta Ltd
EkoCentre,
Latmija Road
Marsascala MSK 4613

www.wasteservmalta.com


Malta hija arcipelagu fic-centru tal-bahar Mediterran, madwar 93 kilometru fin-nofsinhar tal-gzira Taljana ta’ Sqallija. Il-gzejjer Maltin  ikopru 300 kilometru kwadru ta’ art b’popolazzjoni ta’ 413,000. Il-gzejjer abitati huma Malta, Ghawdex u Kemmuna.

WasteServ Malta Ltd hija kumpanija tal-Gvern li giet stabbilita f’Novembru 2002. WasteServ ghandha r-responsabbilta’ tal-gestjoni ta’ facilitajiet ghall-iskart solidu madwar il-gzejjer Maltin. Servizzi provduti minn din il-kumpanija jikludu gbir ta’ certu skart, trasport, ghazla tal-iskart, reciklagg, trattament, u radam gewwa l-landfill. Dan kollu jsir skond l-ghola livelli ambjentali possibbli. WasteServ timplimenta wkoll kampanji ta’ edukazzjoni fuq tnaqqis jew uzu mill-gdid tal-iskart. Sakemm qed thaddem il-facilitajiet ezistenti ghat-trattament tal-iskart, WasteServ tinsab ukoll fil-fazi li tizviluppa facilitajiet godda skond l-istrategija nazzjonali ghall-gestjoni tal-iskart solidu sabiex jintlahqu l-miri Ewropej bil-ghan li jinkiseb livell ta’ ghajxien ahjar fil-gzejjer Maltin.

Ghalkemm l-importanza tat-tnaqqis tal-iskart hija rikonoxxuta w inkluza bhala priorita’ fl-istrategija nazzjonali, hafna progress ghad irid isir f’dan ir-rigward. Bhalissa WasteServ qeghda tippartecipa fil-progett Pre-Waste, permezz tal-fond INTERREG IVC, bi shab ma disa’ pajjizi ohra sabiex jigu identifikati ezempji tajba ta’ prevenzjoni tal-iskart madward l-Ewropa. WasteServ imbaghad hija mistennija tohloq studju tal-fattibilita’ fuq uhud mill-prattici identifikati bil-ghan li tintroducihom gewwa pajjizna. Barra minn hekk il-progett ser jistudja sistema biex titkejjel l-effettivita’ tal-mizuri ta’ prevenzjoni tal-iskart. Il-progett ser joffri wkoll edukazzjoni fuq il-politika ta’ tnaqqis fl-iskart u r-rizultati tieghu ghandhom iservu bhala gwida ghall-awtoritajiet koncernati.